EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

Franza kwalifikati, rebħa għall-Portugall taċċerta post mal-aħħar 16

Tnejn mit-timijiet favoriti li jgħollu it-trofew fi tmiem l-Euro 2020, il-Portugall u Franza se jilagħbu kontra xulxin fl-aħħar partita ta’ Grupp F.

Il-Portugall li huma c-champions renjanti tat-tournament, kisbu rebħa ta’ 3-0 fuq l-Ungerija u tilfu t-tieni partita 4-2 kontra l-Ġermanja. Għall-Portugall din se tkun partita importanti ferm hekk kif rebħa biss taċċerta post fil-fażi li jmiss, dejjem jekk il-Ġermanja tirbaħ kontra l-Ungerija, pero draw jaf ikun biżejjed biex jikkwalifikaw bit-tielet post.

Għall-Franza minn naħa l-oħra li huma diġa kwalifikati wara r-riżultati minn Grupp B se tkun partita oħra fejn jistgħu juru s-saħħa tagħhom. Ic-champions tad-dinja, rebħu l-ewwel partita kontra l-Ġermanja iżda ddiżappuntaw u ġew draw fit-tieni partita kontra l-Ungerija. Għal din il-partita l-kowċ Didier Deschamps se jkun mingħajr il-winger Ousmane Dembele hekk kif jidher li se jitlef il-bqija tal-kompetizzjoni.

Dan se jkun it-28 konfront bejn iż-żewġ nazzjonijiet hekk kif fil-passat, il-Portugall rebħu sitt darbiet filwaqt li Franza ddominaw dan il-konfront hekk kif rebħu 19-il partita.

Grupp F: Portugall v Franza 9.00pm