Coronavirus Internazzjonali

Ġgant ta’ Wall Street jiprojbixxi lil min mhux imlaqqam milli jidħol fl-uffiċju tiegħu

Il-kumpanija Morgan Stanley, li hi meqjusa bħala ġgant fis-settur finanzjarju internazzjonali, qalet li l-impjegati tagħha li mhux imlaqqmin kontra l-Covid-19 se jkollhom jaħdmu mid-dar.

Din ir-‘regola’ se tidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Lulju, wara li tħabbret mill-Kap Eżekuttiv il-ġimgħa li għaddiet, f’mossa mmirata biex tippermetti t-tneħħija ta’ restrizzjonijiet relatati mal-Covid-19, bħall-maskri u d-distanza soċjali.

F’avviż, il-kumpanija spjegat li kull persuna hi meħtieġa li tkun imlaqqma kompletament biex ikollhom aċċess fil-bini, fi New York u Westchester. Dawn jinkludu lill-impjegati kollha, il-kontinġenti, il-klijenti u anke l-viżitaturi.​