Il-Ġermanja u l-Ungerija fi Munich se jkunu qed jilagħbu partita deċiżiva għall-post fil-fażi li jmiss tal-Euro 2020, hekk kif rebħa għall-Ġermanja tfisser kwalifikazzjoni filwaqt li rebħa għall-Ungerija ukoll tista’ tfisser kwalifikazzjoni jekk Franza tirbaħ lill-Portugall.
Il-Ġermanja minkejja li ma kelliex bidu tajjeb hekk kif tilfet l-ewwel partita kontra Franza rkuprat b’mod soprendenti kontra l-Portugall hekk kif rebħet 4-2. Minkejja li fl-iskwadra ta’ Joachim Low m’hemm players ta’ isem jidher li l-kollettiv tal-Ġermanja huwa wieħed b’saħħtu.
L-Ungerija minkejja li huma fost l-anqas tim kwotati f’din il-kompetizzjoni, l-fatt li lagħbu l-ewwel żewġ partiti f’darhom quddiem 60,000 ruħ għenhom fil-prestazzjonijiet tagħhom u minkejja li sofrew tliet gowls lejn it-tmiem kontra l-Portugall irnexxielhom jiksbu punt mill-aktar importanti kontra Franza li jpoġġijhom f’ċans li jiskbu kwalifikazzjoni storika
Fil-passat iż-żewġ nazzjonijiet lagħbu 33 partita kontra xulxin bil-Ġermanja jirbħu 13-il darba filwaqt li l-Ungerija jirbħu 10 darbiet.
Grupp F: Ġermanja v Ungerija 9.00pm
//= $special ?>