Lokali

Il-President ta’ Malta jieqaf biex jagħti l-ewwel għajnuna lil vittma ta’ inċident

Il-President ta’ Malta, George Vella talab biex jieqaf nofs vjaġġ hekk kif sewwieq ta’ mutur kellu bżonn l-assistenza medika wara li seħħ inċident fi Triq il-Kbira San Ġużepp, fil-Ħamrun.

Jidher li għall-ħabta tal-11.30am, seħħ impatt bejn vann u mutur. Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija u tim mediku.

Fuq il-post waslet ukoll ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għal iktar kura. Iktar tard is-sewwieq tal-mutur kien ikkonfermat li sofra feriti gravi.

Kawża tal-inċident, fiż-żona ta’ fejn seħħ l-inċident inħoloq traffiku kbir.