Lokali

Il-Pulizija bi tfittxijiet wara li ħarab immigrant

Uffiċjali tal-Pulizija flimkien ma’ uffiċjali taċ-Ċentru ta’ Detenzjoni għaddejjin bi tfittxija ta’ immigrant wara li ħarab minn taħt il-kustodja tagħhom.

Il-każ seħħ f’Ħal Safi wara li mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li għal xi raġuni r-raġel ħarab mill-vann taċ-ċentru ta’ detenzjoni; liebes flokk isfar u mmanettjat.

Filwaqt li l-Pulizija għaddejja bi tfittxija għal dan ir-raġel, kull min għandu xi informazzjoni dwar il-każ għandu jinforma lil Pulizija minnufih.