Ekonomija Lokali

Illejla tkun magħrufa d-deċiżjoni tal-FATF

Aġġornamenti kontinwi fuq Net TV mis-6pm 'il quddiem

Tard illejla, ikun magħruf il-vot finali li se jittieħed mill-FATF u li kapaċi jpoġġi lill-Gvern Malti fuq greylist internazzjonali.

Il-Financial Action Task Force hija istituzzjoni ta’ reputazzjoni fuq livell dinji, meqjusa bħala għassies kontra l-ħasil tal-flus. Fil-vot se jipparteċipaw mal-200 ġurisdizzjoni.

Sorsi qed jgħidu li l-Gvern Malti jista’ jitpoġġa’ f’dik li tissejjaħ enhanced follow-up procedure; fi kliem sempliċi, deċiżjoni li titfa għajnejn id-dinja fuq kull pass li tagħmel it-tmexxija ta’ Kastilja. Bħalissa, f’din il-lista ta’ enhanced follow-up procedure hemm il-Botswana, il-Burkina Faso, il-Ghana, is-Sirja, il-Panama u ż-Żimbabwe fost l-oħrajn. F’dawn il-proċeduri m’hemm ebda pajjiż Ewropew.

Intant, il-programm NET LIVE illejla se jkun qed iżommkom aġġornati dwar dawn l-iżviluppi kollha – mis-6pm ‘l quddiem fuq Net TV.