Internazzjonali

Ir-Russja tispara tiri ta’ twissija lejn bastiment tal-gwerra Brittaniku

Il-Ministeru għad-Difiża Brittaniku jiċħad li ġew sparati xi tiri…ir-Russi jikkonfermaw

Rapporti internazzjonali qed jirrapportaw li fl-aħħar ħin ir-Russja sparat numru ta’ tiri u ankè twaddbu bombi fid-direzzjoni ta’ Royal Navy destroyer, bastiment tal-gwerra Brittaniku.

Dan wara li allegatament il-bastiment daħal fl-ibħra territorjali Russi mingħajr permess.

Allegatament il-Ministeru għad-Difiża Russu saħaq li l-HMS Defender daħal fit-territorju Russu qrib l-ibħra tal-Crimea u hawnhekk bastiment spara tiri lejn il-Brittaniċi filwaqt li fighter jet waddab xi bombi.

Madanakollu r-Renju Unit ċaħad li ġew sparati xi tiri iżda kkonfermat li kienu qed isalpaw lejn l-ibħra Ukreni.