Raġel ta’ 30 sena ġarrab ġrieħi gravi wara li waqa’ bil-mutur.
Kien għall-ħabta tas-1.30am tal-ERbgħa li l-Pulizija ġiet infurmata bl-nċident li kien seħħ fi
Triq il-Belt Valletta, r-Rabat.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li
r-raġel ta’ 30 sena li jgħix il-Mosta, kien tilef il-kontroll tal-mutur Yamaha u waqa’.
Huwa ingħata l-assistenza minn tim mediku u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei
għal kura. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>