Lokali Parlament

Jridu jinstabu soluzzjonijiet fl-akkomodazzjoni soċjali

Stephen Spiteri, PN

Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spġiteri appella fil-parlament biex jinstabu soluzjzonijiet quddiem il-problema tal-akkomodazzjoni soċjali.

Fil-parlament Stepehen Spiteri tkellem dwar l-akkomodazzjoni soċjali u qal li l-pajjiż ma jistax iħalli l-lista ta’ stennija dejjem tikber anki għaliex fil-aqar fil-pajjiż qed ikompli jiżdied. Hu sostna li għandha ssir ġustizzja ma’ dawn il-familja li verament għandhom bżonn.

Il-gvern għandu jikkunsidra l-kirjiet li dejjem qed jgħolew kif qed tgħola l-propjetà u mhix affordabbli għall-koppji żgħażagħ. Dan filwaqt li l-kuntratti tax-xogħol għandhom ikunu definiti u li jiggarantixxu kundizzjonijiet tajbin. Hu qal li hemm anzjani li jisnabu fi djar għall-anzjani li għad għandhom l-appartamenti tal-Gvern miżmuma għandhom u li dawn jistgħu jintużaw għal skopijiet soċjali.