Ewropa Unjoni Ewropea

Jumejn impenjattivi fil-Parlament Ewropew

Jumejn impenjattivi ferm għall-Ewroparlamentari NazzjonalistI Roberta Metsola u David Casa hekk kif bejn l-Erbgħa u l-Ħamis fil-Parlament Ewropew fi Brussell qed issir waħda mill-4 plenarji li jsiru f’sena.

Net News kien preżenti fi Brussell fern  l-Erbgħa filgħodu, tkellem mal-Ewroparlamentari Roberta Metsola li spjegatilna aktar fid-dettall x’ser ikun qed jiġri f’din il-plenarja .

Roberta Metsola starret magħna li bħala ewroparlamentari Nazzjonalisti għaddejjin b’ħidma konġunta sabiex dejjem itejbu id-drittijiet tal-Maltin u Għawdxin kollha.

Matul dawn il-jumejn, Roberta Metsola ser tkun ukoll qed tagħmel l-interventi tagħha bħala Viċi President.

Tkellem ukoll ma’ Net News l-Ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa li stqarr magħna dwar l-importanza li għandu għalih il-Premju Daphne Caruana Galiza.

Minn Ottubru 2021, il-Parlament Ewropew se jibda jagħti l-Premju għall-Ġurnaliżmu Daphne Caruana Galizia b’mod regolari kull sena. Dan il-Premju l-ġdid ġie approvat mill-Bureau tal-Parlament Ewropew wara ħidma intensiva mill-Membru Malti tal-Parlament Ewropew David Casa fi ħdan it-tmexxija tal-Parlament.