Lokali Parlament

L-effetti tal-lista l-griża tal-FATF se jkunu fuq ħafna setturi

Joe Ellis, PN

Id-deputat Nazzjonalista Joe Ellis qal li l-effetti tal-fatt li Malta tpoġġiet fil-lista tal-griża se jkunu fuq ħafna setturi tal-ekonomija Maltija.

Fil-parlament Joe Ellis qal li l-grey listing tal-FATF hu fatt gravi għall-pajjiż li ma jieħu gost bih ħadd. Hu sostna li minkejja l-propoganda miskina, l-attakki li saru fuq il-Kap tal-PN juru nuqqas ta’ maturità kbira għaliex kellu jkun il-Gvern li jtlob lill-PN jikteb ittra simili.

Dan għaliex is-suċċess tas-settur finanzjaru kien li kien hawn konsuens dwar dan is-settur; din id-deċiżjoni se jkollha effett tremend. Filf-att din id-deċiżjoni diġà kellha effett u hi xi ħaġa li se teffettwa lill-poplu.

Hu għalhekk tajjeb li biex il-pajjiż joħroġ minn dan il-fondoq li ġie minħabba l-azzjoni ixxellerata u nuqqas ta’ osservanza ta’ prattiċi korretti fl-aħħar snin, jeħtieġ li jsri sforz kollettiv biex il-pajjiż jiffaċċja din l-isfida – li tista’ tkun ikbar mill-COVID – u joħroġ minnha kemm jista’ jkun malajr.

L-effetti mhux se jkun biss fuq is-settur fiannzjarju iżda se jeffettwa lin-negozji kollha. Jeħtieġ li l-Gvern ma jibqax għaddej bil-propoganda, sostna Joe Ellis, li qal li l-ikbar problema hi li barra minn Malta l-Gvern Malti mhux fdat.

Il-Prim Ministru missu diġà għamel stqarrija minsterjali wara li Malta tpoġġiet fil-lista l-griża. Joe Ellis appella lill-Gvern biex jiddiskuti mal-Opożizzjoni biex jinstabu s-soluzzjonijiet.