Il-kumpanija Enemalta permezz ta’ post fuq Facebook indikat li l-qtugħ fil-provvista tal-elettriku fl-aħħar sigħat kienet ikkawżata mis-sħana.
Il-kumpanija qalet li filwaqt li l-kawża tal-ħsara għadha qed tigi investigata, huwa maħsub li din setgħet ġiet ikkawżata minn varjazzjoni qawwija tat-temperatturi li toħloq pressjoni fuq il-cables ta’ taħt l-art.
Matul il-lejl ħafna lokalitajiet f’Malta spiċċaw bla provvista tal-elettriku, b’xi partijiet tal-pajjiż idumu bla dawl għal aktar minn tmien sigħat. Dan minbarra li l-qtugħ tad-dawl kompla dalgħodu b’B’Kara u Ħal Balzan fost l-oħrajn.
Dan l-aħħar qtugħ jidher li ma kienx marbut mal-interconnector.
//= $special ?>