L-Assoċjazzjoni Maltija għall-Industrija tad-Divertiment u l-Arti qed tagħti ġimgħa ċans lill-Gvern biex iwaqqaf id-diskriminazzjoni li qed isir ma’ din l-industrija.
Permezz ta’ post fuq Facebook, l-MEIA qalet li wara laqgħa twila mal-awtoritajiet, qed tipposponi b’ġimgħa d-dismostrazzjoni li kellha ppjanata bit-tama l-Gvern jilqa’ l-kontroproposti tal-assoċjazzjoni, għall-ftuħ sensibbli tal-industrija tagħha.
L-MEIA qalet li filwaqt li d-diskussjoniijiet għadhom għaddejjin, jekk dawn ma jwasslux għal soluzzjoni aċċettabbli għaliha, id-dimostrazzjoni li kien hemm pjanata f’dan ir-rigward se tkun qed issir fit-30 ta’ Ġunju.
Minkejja li jidher li l-awtoritajiet lesti jċedu dwar l-estensjoni tal-ħin għall-attivitajiet u l-limitu ta’ persuni bilqegħda, l-MEIA qalet li fadal ħafna aktar xi jsir biex jintlaħqu l-aspettattivi tal-membri tagħha.
//= $special ?>