EURO 2020 Futbol Sport Stadju Finali

Magħrufa t-timijiet fil-fażi tal-aħħar sittax

Illejla kienu magħrufa is-sittax -il tim li għaddew mill-fażi tal-guppi u se jkunu qed jissieltu fil-fażi finali tal-Euro 2020. Minn Grupp A għaddew l-Italja kienu l-ewwel tim li kkwalifika għall-fażi tal-aħħar sittax wara tliet rebħiet fi tliet partiti. Bit-tieni post fi Grupp A ikkwalifikaw Wales, filwaqt li l-Iżvizzera għaddew bit-tielet post , wara r-rebħa ta’ 3-1 fuq it-Turkija fl-aħħar partita.

Fi Grupp B l-Belġju kien it-tim li temm fl-ewwel post bi tliet rebħiet konvinċenti, b’Romelu Lukaku jkun katalist għat-tim Belġjan. Magħhon ingħaqdu wkoll id-Danimarka, li kontra kull mistenni rebħu l-aħħar logħaba tal-grupp kontra r-Russi u għamluha sal-fażi tal-aħħar sittax. Għad-Daniżi dan kien ifisser xi ħaġa aktar wara dak kollu li għadda minnu t-tim bl-inċident ta’ Christian Eriksen, li sofra attakk tal-qalb fl-ewwel partita kontra l-Finlandja.

Minn Grupp Ċ l-Olanda saru t-tieni tim li rebaħ il-grupp wara li rebħu lil Awstrija bl-iskor ta’ 2-0, hekk kif kisbu l-massimu tal-punti fil-grupp tagħhom. MInn Grupp Ċ ukoll ikkwalifikaw it-tim tal-Awstrija wara r-rebħa minima li kisbu kontra l-Ukrajna bl-iskor ta’ 1-0. Minn Grupp Ċ għaddew ukoll it-tielet tim li hum l-Ukrajna fejn ir-rebħu fuq il-Maċedonja kienet bożejjed biex kwalifikaw għall-fażi li jmiss. Min-naħa l-oħra minn Grupp D kif, kien mistenni, l-Ingilterra kkwalifikaw bl-ewwel post, b’żewġ rebħiet u draw kontra l-Iskozja. Minkejja l-kwalifikazzjoni tagħhom, il-coach Gareth Southgate kien kritikat mhux ftit għal-logħob li lagħbu l-Ingilterra matul il-fażi tal-gruppi.

Minn Grupp D għaddew ukoll bit-tieni post il-finalisti tal-aħħar Tazza tad-Dinja, l-Kroazja wara r-rebħu kontra l-Iskozja. Bit-tielet post għaddew ukoll ir-Repubblika Ċeka, hekk kif ir-rebħa kontra l-Iskozja fl-ewwel logħba tagħhom, u d-draw kontra l-Kroazja, għinuhom jiksbu biżejjed punti biex jikkwalifikaw mat-timijiet tat-tielet post.

Sadanittant illejla kienu deċiżi wkoll l-aħħar żewġ gruppi u t-timijiet li għaddew għall-fażi tal-aħħar sittax. Minn Grupp E l-Iżvezja kien it-tim li kkwalifika fl-ewwel post wara r-rebħa fl-aħħar sekondi tal-partita kontra l-Polonja, filwaqt li Spanja għaddew bit-tieni post wara r-rebħa komda ta’ 5-0 kontra l-Islovakki.
Minn Grupp F ikkwalfikaw Franza fl-ewwel post, il-Ġermanja bit-tieni post filwaqt li l-Portugall bit-tielet post, wara tmiem drammatiku.

FAŻI TAL-AĦĦAR SITTAX :
Is-Sibt 26 ta’ Ġunju
: Wales v Danimarka 6:00pm, Italja v Awstrija 9.00pm
Il-Ħadd 27 ta’ Ġunju : Olanda v Rep.Ċeka 6.00pm. Belġju v Portugall 9.00pm
It-Tnejn 28 ta’ Ġunju : Kroazja v Spanja 6.00pm, Franza v Żvizzera 9.00pm
It-Tlieta 29 ta’ Ġunju: Ingilterra v Ġermanja 6.00pm, Żvezja v Ukrajna 9.00pm