Lokali Parlament

Malta teħtieġ Gvern ġdid tal-PN biex joħroġ minn din is-sitwazzjoni gravi

Jason Azzopardi

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi sostna li f’dan il-mument wara li l-FATF poġġiet lil Malta fil-lista l-griża, il-pajjiż jeħtieġ Gvern ġdid immexxi mill-PN biex joħroġ minn din is-sitwazzjoni.

Fl-Aġġornament tal-parlament Jason Azzopardi qal li l-Gvern ipproteġa lill-kriminali biex issa l-ħaddiema se jbatu u sostna li dan jaf il-bidu tiegħu fl-2013 meta Muscat neħħa lill-uffiċjali pubbliċi serji mis-servizz pubbliku. Hu qal li l-Gvern Laburista rema’ dak kollu li bena Gvern Nazzjonalista biex jipproteġu lil Yorgen Fenech, lill-Maksar, lil Paul Apap Bolgona u lill-korrott Konrad Mizzi.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Gvern Laburista jmissu jistħi jivvota għall-korrottti; il-Gvern kisser ir-reputazzjoni impekkabbli li kellha Malta. Il-PN kixef il-qerq u s-serq tal-Gvrn fil-pajjiż u għalhekk il-PL irrovina l-futur taż-żgħażagħ. Hu qal li l-Amerikani ndunaw meta l-PL ivvota favur Konrad Mizzi u sostna li d-deputati Laburisti ddefendew lill-korrotti Joseph Muscat u Chris Cardona.

Jason Azzopardi qal li r-rapporti li ministri kienu involuti fil-qtil ta’ Caruana Galaizia u f’hold up; il-Prim Ministru wkoll kien l-avukat tal-Maksar. Hu qal li l-Kummissarju tal-Pulizija issa ilu sena iżda għad m’hemmx indikazzjoni dwar meta se jkun hemm l-arresti fuq il-ħasil tl-flus. Malta hi l-ewwel pajjiż tal-UE li kienet grey listed u tpoġġiet mal-Panama, is-Sirja, iż-Żimbabwe u l-Panama.

Jason Azzopardi qal li ministri Laburisti baqgħu jikkomunikaw ma’ Yorgen Fenech wara li kien stabbilit li hu s-sid ta’ 17 Black.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li din id-deċiżjoni se teffettwa lin-negozji onesti; qatlu lil Daphne għaliex qaltilhom il-verità u kienet qed tiżvela l-verità biex jaħbu l-korruzzjoni ta’ sħabhom.

Irid ikun gvern tal-PN li jista’ joħroġ lil Malta minn din is-sitwazzjoni; il-pajjiż jeħtieġ moviment nazzjonali immexxi mill-PN, sostna Jason Azzopardi.