Lokali

“Neħtieġu aktar miżuri li jaħsbu għall-eżiġenzi ta’ ġenituri ta’ tfal bi bżonnijiet speċjali” – David Agius

Minkejja li mxejna bosta passi ‘l quddiem fejn jidħlu d-driitijiet u l-aċċessibbiltà għall-persuni
b’diżabbiltà, jidhirli m’aħniex nagħmlu biżżejjed għall-ġenituri li għandhom diżabbiltà.

Fi stqarrija ffirmata mill-Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Parlament u Kelliem għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja David Agius, il-Partit Nazzjonalista qal li neħtieġu miżuri aktar immirati li jaħsbu fl-eżiġenzi u l-bżonnijiet bażiċi tal-ġenituri li jrabbu l-ulied filwaqt li jkunu qed jitħabtu ma’ xi diżabbiltà kwalunkwe.

B’mod partikolari qed nittrattaw il-ġenituri li għandhom xi diżabbiltà ta’ intellett jew mentali li
xxekkilhom milli jieħdu xi deċiżjonijiet f’ħajjithom jew f’ħajjet l-ulied. Qed nitkellmu fuq
pereżempju, ir-rappreżentanza legali li dawn jirċievu biex jisseparaw minn ma’ żwieġhom.
Irrid niżguraw li jkollna l-istrutturi u t-taħriġ fis-seħħ, għall-professjonisti kollha, biex Malta
tkun attrezzata għall-bżonnijiet ta’ dawn il-persuni, li fl-aħħar mill-aħħar huma l-istess bżonn
ta’ persuni oħrajn li jaf m’għandhom l-ebda diżabbiltà li xxekkilhom milli jeżerċitaw id-drittijiet
tagħhom b’mod sħiħ.

Il-PN saħaq li neħtieġu sistema tal-welfare li tqis il-ħtiġijiet tal-ġenituri b’diżabbiltà anki fit-trobbija tal-ulied.
Neħtieġu liġijiet aktar speċifikati fuq dan.

Flimkien mal-NGOs jeħtieġ nipprovdu aktar għodod u riżorsi speċjalzzati, anki elettroniċi,
fosthom fil-ħajja sana, fit-trobbija, fit-tagħlim ta’ ħiliet bażiċi, it-tranżizzjoni mil-ħajja tad-dar
għall-ħajja tal-iskola, l-għajxien indipendenti, l-għaqal fit-tmexxija tal-familja, l-ibbaġittjar talflus, eċċ.
Dan filwaqt li nibżgħu u nħarsu d-drittijiet tal-ġenituri u nikkunsidraw ir-rwol fundamentali
tiegħu jew tagħha it-trobbija tal-ulied.

Irridu tisħiħ fil-liġijiet dwar il-kustodja biex il-ġenituri b’diżabbiltà li għaddejjin minn
proċedimenti ta’ separazzjoni ma jġarrbux inġustizzji minħabba s-sitwazzjoni partikolari
tagħhom.

Irridu nistħarrġu bir-reqqa wieħed mill-aktar mudelli riċenti ta’ Lightfoot & DeZelar,
ippubblikat fl-2020, dwar mudell tal-ippjanar bil-ġenitur fiċ-ċentru. Jidher li fil-letteratura
ntlaqa’ tajjeb ħafna u tajjeb nesplorawh f’dan il-qasam.

Irridu nsaħħu l-liġijiet tagħna wkoll, fejn tidħol il-vjolenza domestika fuq ġenituri b’diżabbiltà,
b’mod partikolari fil-konfront ta’ persuni b’diżabbiltà intellettwali.

Irrid niżguraw li din id-diżabbiltà ma xxekkel xejn mill-protezzjoni tagħha u tal-ulied

Irridu nibnu l-politika professjonali tagħna fuq 6 pilastri:

1) Irridu nagħrfu l-ambjent tad-diżabbiltà li għandna. Irridu nifhmu l-mudell soċjali
tad-diżabbiltà, bix-xkiel u d-diffikultajiet kollha tiegħu. Irrid nkunu konxju missitwazzjoni u mil-limitazzjonijiet.
communications@pn.org.mt
2) Irrid nesploraw l-oqsma kollha fejn nistgħu nistabbilixxu s-sikurezza. SAFE
enviroment for persons and persons with disabilities.
3) Inwettqu ħidma personalizzata mal-persuni b’diżabbiltà, flimkien ma
professjonalisti u familjari, biex nistudjaw il-ħtiġijiet personali u partikolari, aktar
milli l-ħtiġijiet li jaf ma jkunux jiffittjaw fihom, għax ikunu ġenerali wisq.
4) Irrid nistabbilixxu team wieħed ta’ professjonisti, esperti, NGOs akkademiċi
prattikanti, familjari, biex kulħadd jiġbed ħabel wieħed ħalli jitwettqu qabżiet kbar,
u kulħadd iħossu jappartjeni għal komunità akbar li tinteressaha, li jimpurtaha.
5) Inpoġġu lill-familja u lill-ġenitur b’diżabbiltà fiċ-ċentru tal-politika tagħna
filwaqt li nindirizzaw l-aktar kwistjonijiet urġenti u importanti fil-pajjiż biex
intejbulhom il-kwalità tal-ħajja. Qed nitkellem ukoll fuq problemi ta’ dejn, vjolenza,
aljenazzjoni, esklużjoni soċjali, faqar, nuqqas ta’ ħin għall-familja, ħajja mhux sana,
eċċ…
6) Nibnu network modern ta’ kollaboraturi biex il-persuni u l-ġenituri b’diżabbiltà
jilħqu s-sodisfazzjon tagħhom f’soċjetà aktar preparata u attrezzata għal ħajja millaktar indipendenti u dijituża.
Dan iwassalna biex inwettqu politika li twassal biex noffru servizz ta Assitent Personali li jgħin
lill-ġenituri b’diżabiltá.
Jien nemmen li l-flus ta’ pajjiżna minflok jintefqu 32 miljun fin-Naxxar “disability hub” li jmur
kontra l-Konvenjoni tad-Drittijiet tal-Persuni b’diżabiltá għadhom jintużaw biex persuni u
ġenituri b’diżabilta jiġu integrati aktar fis-socjeta billi jkunu ofruti servizz ta Assitent Personali.