Lokali Qorti

Niġerjan mixli li darab gravi lis-sieħba tiegħu

Niġerjan li ilu jgħix Malta 14-il sena ġie mixli li kkaġuna feriti gravi u oħrajn ħfief fuq is-sieħba tiegħu li hija ta’ nazzjonalità Maltija. Kenneth Victor Azobu ta 34 sena, residenti San Pawl il-Baħar kien kiseb iċ-ċittadinanza Maltija minħabba li żżewweġ mara Maltija. Huwa kien akkuzat ukoll li ngurja lis-sieħba  tiegħu li taħdem fin negozju li għandu.

L Ispettur Audrey Micallef qalet li l vittma għamlet zewg rapporti lill-Pulizija fejn kellha certifikati mediċi li juru li fis-16 ta Ġunju darabha hafif filwaqt li jumejn wara darabha gravament. Huwa kien akkuzat ukoll li nsulentaha u li kkaġunalha biża u li anke dejjaqha.

Il-Magistrat Marse-Anne Farrugia qalet li l-imputat ma jistax ikun fdat li ma jerġax iwettaq reat ieħor u dan minkejja li d difiza għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest peress li l-akkużat huwa persuna li ilu jgħix malta 14 il sena, għandu negozju u li anke għandu mpieg bhala kok.

F’każ separat raġel ta’ 40 sena li joqgħod Bormla kien mixli wkoll quddiem il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia li darab ħafif lis-sieħba tiegħu u lil bintha. Huwa kien akkużat wkoll li insulenta, hedded u inġurja liż-żewġ persuni u anke li kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti f’kawżi oħra.

L-Avukat Mario Mifsud talab għall-ħelsien mill-arrest wara li spjega kif il-vittma stess ċemplitlu u qaltlu li riedet twaqqa’ l-każ u li ma riditx tipproċedi bil-Qorti. L-Ispettur Audrey Micallef irrispondiet li verament li l-vittma riedet twaqqa’ l-każ iżda żiedet li tinsab imħassba minħabba li fin-nofs hemm tifla ta’ 12-il sena. Wara li semgħet liż-żewġ naħat il-Maġistrat Farrugia laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest taħt garanzija personali ta’ €5,000.