Is-Slovakkja u Spanja se jkunu qed jilagħbu f’partita diretta li tidditermina min se jagħmilha għall-fażi li jmiss hekk kif iż-żewġ timijiet jinsabu fit-tieni u fit-tielet post, b’punt wieħed biss jifridhom.
Is-Slovakkja rebħu l-ewwel partita kontra l-Polonja filwaqt li tilfu t-tieni partita kontra l-Iżvezja. Minkejja li m’għandhomx xi players ta’ isem, t-tim Slovakk huwa wieħed kompatt u diffiċli biex tiskorjalu hekk kif it-tim huwa dipendenti fuq id-difensur ta’ Inter Milan Skriniar u l-midfielder eks Napoli Marek Hamsik.
Spanja kellhom bidu diżastruż hekk kif kisbu biss żewġ draws fl-ewwel partiti. Bit-tim jidher li jinsab f’fażi ta’ transizzjoni, il-kowċ Luis Enrique jinsab kunfidenti fil-players tiegħu minkejja li qed isibu diffikultà jsarrfu l-pusses tal-ballun f’gowls.
Din il-partita se tkun is-sitt waħda hekk kif fil-passat, Spanja rebħu erba’ partiti filwaqt li l-Islovakkja rebħu konfront wieħed biss.
Grupp E: Spanja v Slovakkja 6.00pm
//= $special ?>