Lokali Parlament

Paul Apap Bologna ma jridx iwieġeb iktar mistoqsijiet dwar l-Electrogas għax qed iħossu trattat bħala suspettat

L-ex direttur tal-Electrogas Paul Apap Bologna mhux se jwieġeb iktar mistoqsijiet dwar l-Electrogas għax qed iħossu trattat ħażin u bħala suspettat fil-mod kif qed isirulu l-mistoqsijiet.

Il-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi (PAC) llum kompla jiddiskuti l-kuntratt tal-Electrogas bix-xhud Paul Apap Bologna jerġa’ jitressaq biex ikompli bix-xhieda tiegħu.

Fil-bidu tal-laqgħa l-Avukat Gianella de Marco, li qed tidher għax-xhud, ddikjarat li in vista tal-inwinwazzjonijiet u l-allegazzjonijiet li saru fil-laqgħat preċedenti tal-PAC u anki fil-kuntest li l-Qorti tat twissja dwar din l-imġieba fl-14 ta’ Ġunju 2021 iżda komplew l-attakki.

Hi qalet li għalhekk ix-xhud se jeżerċita d-dritt tas-silenzju u mhu se jwieġeb għall-ebda domanda, sostniet l-Avukat de Marco, li qalet li x-xhieda huma protetti mil-liġi fil-kuntest ta’ domandi li fihom ix-xhud ikun trattat ta’ suspettatat kif qed ikun Paul Apap Bologna.

Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li din hi analiżi suġġettiva tagħha għax il-PAC għandu regoli ċari dwar ix-xhueda. Dan ma jinkwardwax dwar id-dritt tax-xhud li jista’ jagħmel, sostna Beppe Fenech Adami, li kompla li l-Kumitat għandu r-regoli tiegħu dwar il-mistoqsijiet. Ix-xhud jista’ ma jweġibx jekk ikun se jinkrimina lilu nnfisu jew jekk ikun hemm passi legali kontrih. Għalhekk il-mistoqsijiet se jsirulu u jiddeċiedi x-xhu jekk iridx iwieġeb.

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina insista li l-Kumitat għandu jipproċedi bil-mistoqsijiet bil-President Beppe Fenech Adami isostni li jsiru l-mistoqsijiet u l-Kumitat jiddeċiedi jekk għandhomx ikunu imwieġba; jekk ma jsirx dan il-każ ikun riferut għall-Ispeaker. Beppe Fenech Adami qal li d-dritt ts-silenzju tax-xhud hu skont il-liġi.

Il-Whip Laburista Glen Bedingfield qal li d-deputati tal-Gvern mhux se joqgħodu joġġezzjonaw għal kull mistoqsija li ssir lix-xhud u għandu iċ-Chairman li jirregola.

Id-deputat Nazjzonalista Ryan Callus qal li ma jistax aċċettat li xhud jiddikjara minn qabel li mhux se jwieġeb il-mistoqsijiet meta lanqas jafu x’inhuma.

Wara diskussjoni fil-kumitat mhux fil-preżenza tax-xhud u l-avukat tiegħu, Beppe Fenech Adami staqsa dwar l-ewwel kunttatt mas-SOCAR biex din issir azzjonist fl-Electrogas iżda x-xhud qal li mhux se jwieġeb.

Hu kien mistoqsi, iżda ma weġibx, dwar jekk il-kuntatt mas-SOCAR sar qabel l-elezzjoni tal-2013, li kien hu li għamel l-ewwel kuntatti mas-SOCAR, jekk hu kellux laqgħat ma’ nies fil-Gvern tal-Ażrbajġan, jekk kellux kuntatt dirett tal-President tal-Ażerbajġan Aliev, jekk kellux kuntatt ma’ familarji ta’ Aliev, jekk kienx kruċjali biex membri tal-familja ta’ Aliex iżuru Malta, għaliex SOCAR spiċċat mill-Electrogas, jekk kien jaf li SOCAT hi kumpanija tal-Istat tal-Ażerbajġan bl-involviment tal-President Aliev u jekk hemmx raġuni għaliex minn tant kumpaniji fid-dinja ngħażlet kumpanija mill-Ażerbajġan immexxi mnn Aliev.

Mistoqsijiet oħra mhux imwieġba kienu jekk ix-xhud jaqbilx li SOCAR kinitx inkarigata biex l-Electrogas tqabbad wieħed mill-azzjonisti jixtru l-gass mingħand is-SOCAR biex dan jinbiegħ lill-Electrogas, jekk is-SOCAR jaqlax il-flus minn fuq l-Electrogas, kif il-poplu qed iħallas miljuni żejda fis-sena, jekk jikkonfermax li fl-2017 l-Electrogas ħallset lil SOCAR €153 miljun u għamel qligħ ta’ €40 miljun, ittieħdu passi kontra The Guardian dwar allegazzjoni ta’ serq ta’ dawn l-€40 miljun u dwar kif il-prezz tħallas mill-Enemalta fl-ammont ta’ €153 miljun mit-taxxi tal-poplu.

Hu ma weġibx ukoll dwar jekk dan hux l-arranġament mal-Enemalta, jekk jafx li s-SOCAR m’għandha ebda esperjenza f’dan is-settur, jekk jafx li l-prezzijiet li spiċċa ħallas il-poplu m’humiex dwar fis-suq, jekk iħossx l-obbligu li jwieġeb.

Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li x-xhud għandu l-opportunità jispjega għaliex il-poplu Malti ħallas €40 miljun iżjed iżda x-xhud qal li l-mistoqsijiet għandhom isiru lill-persuni li jistgħu jwieġbu. Beppe Fenech Adami qal li fl-2017 il-kumpanija tax-xhud daħħal lis-SOCAR intermedjarju biex jaqilgħu €40 miljun. Mistoqsi min hu l-aħjar persuna għal dawn il-mistoqsijiet, Paul Apap Bologna qal li ma jafx min kienu dawn il-persuni.

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina staqsa lix-xhud dwar x’laqgħat kellu ma’ SOCAR, jekk bagħatx affarijiet lis-SOCAR, jekk is-SOCAR bagħtulux flus, x’għamel b’dawn il-flus, f’liema kontijiet poġġiehom, x’inhi r-relazzjoni mal-ex Prim Ministru Joseph Muscat, jekk hux dilettant ta’ xi sport, jekk id-dar għandux mejda tat-table-tennis, jekk Joseph Muscat u Edward Zammit Lewsi ikunux mistiedna jilgħabu t-table-tennis d-dar tiegħu u jekk kellux influwenza fuq Muscat u Zammit Lewis. Karol Aquilina spjega li qed jagħmel dawn il-mistoqsijiet biex jistabilixxi l-ħbiberija mal-persuni li ddeċidew il-kuntratt tal-power station.

Karol Aquilina staqsa wkoll ma’ min għandu ħbiberija ma’ ministri u uffiċjali tal-PL, x’inhuma l-kuntatti tiegħu fl-Ażerbajġan fin-negozju, meta żar l-aħħar l-Ażerbajġan u għaliex mar.

Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus staqsa lix-xhud jekk kien membru tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar, min kien il-persuna li kellmu biex ikun fuq dan il-Bord, jekk kienx Vince Cassar, jekk kienx Johann Buttigieg, jekk kien il-ministru, jekk Konrad Mizzi kellmux fuq il-possibbiltà li jkun fuq il-Bord, jekk Keith Schembri kienx involut, jekk iddiskutiex dan ma’ Joseph Muscat u x’esperjenza għandu fl-ippjanar.

Beppe Fenech Adami staqsa lix-xhud dwar kif ingħażlet kumpanija mill-Ażerbajġan li għandu rekord ta’ korruzzjoni, xi rwol kellu ma’ Turab Muzayev fl-Ażerbajġan u jekk Turab hux ħabib tiegħu.

Ix-xhud wieġeb biss li hu kien introdott ma’ SOCAR minn Gasoil iżda ma weġibx jekk il-kumpanija Cifidex hix il-kumpanija ta’ Turab, jekk din isseliftx €3 miljuni mingħand 17 Black, kif din marret tinvesti fil-Montenegro, jekk is-Cifidex xtrat proġett ta’ €7 mijuni u biegħtu lill-Enemalta għall-prezz ta’ €7 mijuni, jekk irċeviex xi ħaġa minnhom u jekk jafx li li ammont minnhom għaddew għand Yorgen Fenech.

Beppe Fenech Adami staqsa jekk ix-xhud jafx li Nexia BT kellha rwol importanti fil-proċess tal-Electrogas bix-xhud iwieġeb li ma kienx jaf. Hu ma’ weġibx dwar il-fatt li l-kompetitur tal-Electrogas ma ngħata ebda punt fil-proċess tal-evalwazzjoni u għaliex mar għal-laqgħa f’Kastilja dwar għajnuna mill-Istat.

Wara interruzzjonijiet, id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina sfida lil Glenn Bedingfield biex imur miegħu għandu il-Kummissarju tal-Pulizija u jieħu miegħu lil Paul Apap Bolgona dwar il-kumpanija tiegħu Kitiwake u l-flus relatati.

Il-kumitat kien aġġornat għal data oħra.