Lokali

Raġel jittieħed l-isptar wara argument fil-Marsa

Raġel ta 44 sena minn Ħal Qormi kellu jittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura wara li t-Tlieta filgħaxija kien involut f’argument.

Kien għall-ħabta tal-22.50pm li l-Pulizije tad-distrett ġiet infurmata bil-ġlieda.

Minn informazzjoni tal-Pulizija jidher li r-raġel ta’ 44 sena li jgħix Ħal Qormi kien ġie aggredit minn xi persuni fi Triq it-Tiġrija, l-Marsa.

L-ewwel investigazzjonijiet juru li għal xi raġuni kien qam argument bejn ir-raġel ta’ 44 sena ma’ żewġ
persuni oħra , mara ta’ 34 sena u raġel ta’ 40 sena li wkoll jgħixu Ħal Qormi.

Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 44 sena l-Isptar Mater Dei
għall-kura. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.