Ekonomija Lokali

L-FATF tpoġġi lil Malta fil-lista l-griża

Rapporti fuq ġurnali lokali qed jindikaw li l-Gvern Malti spiċċa fuq il-greylist tal-Financial Action Task Force, l-FATF.

Dan kieku jfisser li sfortunatament din id-deċiżjoni ssarraf f’riperkussjonijiet serji u negattivi għall-ekonomija ta’ pajjiżna, li mistenni jkun l-ewwel stat membru tal-Unjoni Ewropea li mistenni jispiċċa fuq din il-lista….flimkien mal-Gvern Malti mistennija tispiċċa wkoll ir-Rumanija.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li din id-deċiżjoni ttieħdet ftit wara s-2.30 tal-Erbgħa waranofsinhar b’sorsi qrib il-ġurnali lokali jiddeskrivu din id-deċiżjoni bħala xokk qawwi għall-amministrazzjoni tal-Gvern Laburista.

Sorsi saħqu li fost dawk li insistew li l-Gvern Malti jispiċċa fuq il-lista l-griża kien hemm l-Istati Uniti, l-Ġermanja u r-Renju Unit.

Fuq din il-lista hemm 19-il pajjiż ieħor inkluż l-Albanija, iż-Żimbabwe, Panama, Sirja u l-Yemen.