Il-Polonja għadhom bżonn rebħa bilfors biex ikollhom ċans li jagħmluha fil-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni hekk kif jilagħbu kontra l-Iżvezja fl-aħħar partita ta’ Grupp E.
Minkejja l-aspetattiva fuq it-tim Pollakk, hekk kif bi players ta’ esperjenza bħal Szczesny, Glik u Lewandowski setgħu aċċertaw post fil-fażi li jmiss aktar kmieni, iżda telfa mal-Islovakkja fl-ewwel partita u draw kontra Spanja poġġijhom f’pożizzjoni diffiċli biex jikkwalifikaw.
Minn naħa l-oħra, l-Iżvezja kkwalifikaw għall-fażi li jmiss wara r-riżultati ta’ nhar it-Tnejn. L-Iżvezja kisbu draw kontra Spanja u rebħa fuq l-Islovakkja. Jidher li l-Iżvediżi kienu aħjar mingħajr l-attakkant Zlatan Ibrahimovic hekk kif ma kienux dipendenti fuq l-attakkant veteran u minflok iffukaw fuq il-kollettiv.
L-Iżvezja fil-passat iddominaw dan il-konfront hekk kif rebħu 14-il darba filwaqt li l-Polonja rebħu tmien partiti, bl-erba’ konfronti l-oħra jintemmu fi draw.
Grupp E: Żvezja v Polonja 6.00pm
//= $special ?>