Sport Sport Ieħor

Sun Yang mhux se jieħu sehem fl-Olimpjadi ta’ Tokjo

L-għawwiem kontroversjali ta’ 28 sena Sun Yang mhux se jkun qed jitħalla jieħu sehem fl-Olimpjadi ta’ Tokjo, hekk kif il-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport issospenditu 4 snin u 3 xhur milli jieħu sehem f’kull attivita’ sportiva.

Sun Yang instab ħati li naqas milli jikkollabora mar-regoli ta’ kontra d-doping, fejn saħansitra kien akkużat li kisser il-fliexken li kien fihom id-demm tiegħu wara argument mal-persuni responsabbli mit-testijiet tad-doping tal-FINA lura f’Settembru tal-2018.

Is-sospensjoni tar-rebbieħ tal-200 metru f’Rio, bdiet mit-28 ta’ Frar tal-2020, u tintemm ftit qabel l-Olimpjadi ta’Pariġi fl-2024, b’Yang ikollu 32 sena.