Fl-Italja, timijiet tal-emerġenza għamlu lejl ifittxu tifel ta’ sentejn li sparixxa mid-dar tal-ġenituri tiegħu f’Campanara di Palazzuolo sul Senio f’Firenze.
L-ewwel ipoteżi hi li t-tifel qam f’xi ħin mal-lejl ta’ bejn it-Tnejn u t-Tlieta, niżel mis-sodda, ħareġ mid-dar tal-familja tiegħu u ma rritornax.
Il-forzi tal-ordni bdew mal-ewwel bit-tfittxijiet għaċ-ċkejken li għadu lanqas għalaq is-sentejn u baqgħu għaddejjin jgħarblu z-zona qrib id-dar tiegħu matul il-lejl li għadda, zona li hija mimlija siġar. Fit-tfittxija qed jintużaw drones u apparat sofistikat ieħor li jindika fejn ikun hemm ħajja.
Ritratti tat-tifel twaħħlu f’ħafna postijiet pubbliċi sabiex min rah ikun jista’ jirrapporta lura lill-Pulizija.
Il-familja tat-tifel hi ta’ oriġina Ġermaniżi u kienu marru jgħixu f’din il-parti tal-Italja biex imexxu l-attività tagħhom tal-apikultura.
//= $special ?>