Lokali

The Malta Chamber issejjaħ għall-għaqda fid-dawl tal-FATF

Fi stqarrija, The Malta Chamber sejħet għall-għaqda nazzjonali biex pajjiżna jerġa’ jsaħħaħ ir-reputazzjoni.

Huma saħqu li r-riperkussjonijiet tad-deċiżjoni tal-FATF biex Malta ġiet greylisted se tħalli impatt negattiv fuq ħafna setturi importanti li jagħmlu parti mill-ekonomija ta’ pajjiżna.

B’hekk, l-istqarrija tisħoq li l-effetti għandhom jintefaw kollha fuq il-bżonnijiet ekonomiċi. Kien għalhekk li qalu li l-Gvern u l-istakeholders għandhom iħarsu lejn il-futur tal-pajjiż u tal-Maltin u Għawdxin.