Lokali

Żieda qawwija fl-għoli tal-ħajja fl-aħħar xhur

Ċifri uffiċjali tal-Gvern juru li fl-ewwel xhur tas-sena, pajjiżna ra żieda qawwija ħafna fl-għoli tal-ħajja.

L-aktar ċifri riċenti juru li f’xahar wieħed biss bejn April u Mejju l-ħajja għoliet bi kważi 0.9% u b’żieda ta’ 1.27% minn Mejju tas-sena li għaddiet.

L-akbar żieda assoluta bejn April u Mejju kienet reġistrata fl-indiċi tal-ikel li fl-aħħar xahar ra qabża ‘l fuq ta’ 2.2%.

Statistika uffiċjali tal-NSO

Fuq sena l-akbar żieda kienet fl-indiċi tar-rikreazzjoni u l-kultura, li rat żieda ta’ 4.07%.

L-akbar tnaqqis kien fl-indiċi tal-komunikazzjoni u t-trasport bi tnaqqis ta’ 1.2%.