Lokali

Continental Cars tagħti lil Puttinu Cares blalen ta’ Volkswagen EURO 2020 għal tfal bil-kanċer

L-impurtatur tal-karozzi, Continental Cars ta lil Puttinu Cares numru ta’ blalen ta’ Volkswagen EURO 2020 biex jingħataw lil tfal li qed jingħataw il-kura fis-sala tal-onkoloġija.

Il-preżentazzjoni ta’ dawn saru f’Volkswagen Showroom fl-Imsida fejn Maurice Mizzi rringrazzja x-xogħol u d-dedikazzjoni li ssir minn Puttinu Cares mat-tfal u l-qraba tagħhom matul iż-żmien diffiċli.

Continental Cars hu l-impurtatur ewlieni tal-vetturi Volkswagen, Audi, SEAT, Porsche u CUPRA f’pajjiżna.