Mara Franċiża kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħat f’inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tat-3am fi Triq tal-Qroqq, l-Imsida.
Fil-ħabta kienu nvoluti Citroen C1, misjuqa minn raġel mill-Venezuela ta’ 32 sena residenti l-Imsida, u mutur Peugeot Kisbee, misjuq mill-mara. Aktar tard, ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>