Għal darb’oħra, numru ta’ lokalitajiet f’pajjiżna qed jesperjenzaw qtugħ ta’ dawl… fil-ġranet li qed tagħmel ferm sħana tant li t-temperaturi qed ilaħqu s-37°C… jiġifieri pajjiżna qed jesperjenza mewġa ta’ sħana.
Din is-sitwazzjoni qed tkun esperjenzata għat-tielet jum konsekuttiv, b’numru kbir ta’ familji qed iqattgħu l-iljieli fi sħana tremenda.
Fost dawn il-postijiet hemm partijiet mill-Iklin, Birkirkara, in-Naxxar u x-Xgħajra.
//= $special ?>