Ekonomija Lokali

“Hemm bżonn nirkupraw kemm jista’ jkun malajr” – MUBE

Bi sforz ikkoordinat fuq livell nazzjonali, Malta tista’ tirkupra l-istatus tagħha fuq il-lista l-bajda billi turi determinazzjoni fil-mod kif il-governanza tiġi applikata fil-livelli kollha tan-negozju u fis-soċjetà. Hekk qalet il-union tal-bankiera, l-MUBE, fi stqarrija li ħarġet wara li Malta ġiet greylisted mill-FATF.

L-MUBE qalet li bħala ġurisdizzjoni, Malta qatt ma kellha tasal f’punt daqshekk baxx. U issa, in-nazzjon irid iħares ‘il quddiem u juri tolleranza zero lejn il-korruzzjoni, il-frodi u l-ħasil tal-flus. Malta trid ukoll tiżgura li l-impatt fuq is-servizzi finanzjarji u s-settur bankarju jkun minimu sabiex l-attrazzjoni għall-investiment dirett barrani tinżamm f’livelli għoljin.

“Wara tant sagrifiċċji, għandna naħdmu biex nirkupraw malajr kemm jista’ jkun u niżguraw li dan il-greylisting qatt jerġa’ jiġri”, sostniet l-MUBE fl-istqarrija tagħha.