Lokali Qorti

Il-Qorti tal-Appell tikkonferma li Gaffarena ma jistax jieħu kontroll ta’ kwart minn propjetà fil-Belt

Il-propjeta' li kienet fiċ-ċentru ta' dan il-każ

Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat sentenza mogħtija f’Ottubru tal-2019 biex in-negozjant Marco Gaffarena ma jkunx jista’ jieħu l-kontroll ta’ kwart minn propjetà fi Strada Zekka fil-Belt Valletta. Din il-propjetà kienet fl-aħbarijiet u suġġetta fi skandlu ta’ espropjazzjoni bil-Gvern Laburista jaqbel li jħallas lil Gaffarena s-somma ta’ €1.65 million biex huwa jkun parti minn sid tal-imsemmija propjetà, li huwa kien xtara bi prezz redikolu, f’kelma waħda frazzjoni mis-somma ta’ dik li ngħatat lilu mill-Gvern.

Dan l-iskandlu li kien ingħata prominenza kbira u rrappurtat ma’ kullimkien fejn spiċċa wkoll jiżeffen f’battalja legali fil-Qrati Maltin u fl-2018 ħarġet ordni mill-Qorti biex it-traferiment jiġi kanċellat u t-trasferiment jiġi kanċellat u t-trasferimenti kollha li sar jiġu revokati

Wara din id-deċiżjoni Gaffarena kien fetaħ kawża ċivili kontra l-familja Cefai, bħala sidien ma’ ħaddieħor ta’ kwart mill-propjetà li tinsab f’numru 36, Triq Żekka, il-Belt – Valletta, u dan biex jiġi onorat il-wegħda tal-bejgħ li kien ġie ffirmat li jikkonċerna tali propjetà.

Waqt li procedure li kienu nstemgħu fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili preseduta mill-Imħallef Mark Chetcuti l-Avukati li deheru għall-familja Cefai kienu staqsew lil Marco Gaffarena jekk kien konxju dwar l-espropjazzjoni fil-mument tal-iffirmar fuq il-bejgħ tal-imsemmija propjetà. Huwa kien qal li ma kienx konxju u ma setax jirrispondi fl-affermattiv jew negattiv u ma kienx qed jiftakar id-dati. Dan il-punt kien wieħed kruċjali biex iddetermina l-każ.

L-Imħallef Chetcuti osserva li l-familja Cefai kellhom ‘raġuni valida’ li jirrifjutaw li jonoraw l-obbligazzjoni taħt il-wegħda ta’ bejgħ, dan minħabba li ‘qabel u anke wara’ l-ftehim, prattikament nofs il-propjetà li kienet intlaqtet minn ordni ta’ espropjazzjoni ‘mingħajr ma kienu jafu u dan mingħajr ma kellhom xi tort.’

Il-Qorti filwaqt li kkonfermat it-talbiet tal-familja Cefai ċaħdet it-talba ta’ Marco Gaffarena biex isir il-bejgħ tal-propjetà. L-istess Gaffarena appella mis-sentenza u l-Qorti tal-Appell preseduta mill-Imħallfin Giannino Caruana Demajo, Tonio Mallia u Anthony Ellul ikkonfermat is-sentenza mogħtija mill-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fit-totalità tagħha b’Gaffarena jitlef il-każ bl-ispejjeż b’kollox.

Lura fl-2015 l-Awditur Ġenerali kien ikkundanna l-espropjazzjoni ta’ propjetà fi Triq Żekka, fejn kien qal li t-Taqsima tal-Propjetà tal-Gvern li kienet bdiet il-proċess ta’ espropjazzjoni mingħajr ġustifikazzjoni għal dan fl-interess pubbliku.

Din kienet tfisser ukoll kundanna ċara għall-eks Segretarju Parlamentari, illum Ministru Michael Falzon, li ma kienx kapaċi jissorvelja l-operat tat-Taqsima tal-Propjetà tal-Gvern. Għall-familja Cefai deheru l-Avukati Darren Carabott u Tanya Sciberras Camilleri deheru għall-familja Cefai.