Lokali

Inizjattiva mill-Fondazzjoni għall-Bensseri tas-Soċjetà biex jippromwovu d-drittijiet tat-tfal

Ħafna jitkellmu dwar id-drittijiet tal-adulti iżda ftit jikkunsidraw il-ħsibijiet tat-tfal. Kien għalhekk li l-Fondazzjoni għall-Bensseri tas-Soċjetà, flimkien mal-Università ta’ Malta, ffirmaw ftehim biex jippromwovu d-drittijiet tat-tfal.

Dan il-ftehim, taht l-isem ta’ Osservatorju tad-Drittijiet tat-Tfal, se jkun qed jiddentifika l-oqsma ta’ prijoritajiet fl-implimentazzjoni tad-drittijiet tat-tfal, jiddefendi l-bidla u jġib flimkien esperjenzi, kontribuzzjonijiet akkademiċi u interdixxiplinarji biex javvanzaw l-implimentazzjoni ta’ dawn id-drittijiet.

Net News tkellem ma’ Stephanie Dalli, il-Manager mal-Fondazzjoni ghall-Benesseri fis-Socjeta’, illi spjegatilna l-importanza ta’ dan il-ftehim filwaqt li qaltilna li għal futur hemm pjanijiet imħejjija sabiex jassiguraw li dan il-ftehim jiġi implimentat b’mod sħiħ.

Preżenti ghat-tnedija kien hemm il-President Emeritu, Marie Louise Coleiro Preca u r-Rettur tal-Università ta’ Malta, Alfred Vella, fost persuni distinti oħra …illi spjegaw li d-drittijiet tat-tfal għandhom jinstemgħu u jittieħdu bis-serjetà għaliex dan hu dritt u mhux privileġġ li għandu jiġi miċħud… hekk kif it-tfal huma l-futur ta’ pajjiżna.

May be an image of 1 person, standing and text that says 'L-Università ta' Malta CROM Children's Rights Observatory Mal joint initiative The Malta Foundation for the Wellbeing of Socie the University of Malta The Malta Foundation for be Vellbeing of Society C Chilrn's CROM 5'