Lokali

Jitlef il-kontroll tal-mutur u jaqa’ minn fuqu

Anzjan ta’ 79 sena mill-Gżira tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u waqa’ minn fuqu b’konsegwenza li ġarrab ġrieħi gravi. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.30 ta’ dalgħodu fi Triq Bella Vista, San Ġwann.

Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija u ta’ tim mediku biex jassisti lill-vittma. Wara li ngħata l-ewwel għajnuna, ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għal iktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.