Coronavirus Internazzjonali Lokali

L-Irlanda ta’ Fuq iżżid lil Malta fuq il-lista l-ħadra

L-Irlanda ta’ Fuq żiedet 16-il pajjiż fuq il-lista l-ħadra, fosthom lil Malta. Dan ifisser li wieħed m’għandux għalfejn isegwi perjodu ta’ kwarantina mal-wasla tiegħu fil-pajjiż.

Dawn il-bidliet se jidħlu fis-seħħ minn nhar l-Erbgħa, 30 ta’ Ġunju fl-4 ta’ filgħodu.

Dawn huma l-pajjiżi kollha li għamluha fuq il-lista l-ħadra:

  • Anguilla
  • Antigua & Barbuda
  • Balearic Islands
  • Barbados
  • Bermuda
  • British Antartic Territory
  • British Indian Ocean Territory
  • British Virgin Islands
  • Cayman Islands
  • Dominica
  • Grenada
  • Madeira
  • Malta
  • Montserrat
  • Pitcairn Islands
  • Turks & Caicos

Minn naħa l-oħra, huma seba’ pajjiżi li għamluha fuq il-lista l-ħamra tal-Irlanda ta’ Fuq biex b’hekk meta wieħed imur minn dawn il-pajjiżi jrid joqgħod fi kwarantina.

Dawn huma l-pajjiżi li spiċċaw fuq il-lista l-ħamra:

  • Dominican Republic
  • Eritrea
  • Haiti
  • Mongolia
  • Tunisia
  • Uganda

Fil-ħin li ġej mistennija tkun imħabbra l-lista s-sħiħa tar-Renju Unit u s-sitwazzjoni ta’ Malta f’dan ir-rigward.