Coronavirus Lokali

Malta tagħmilha fuq il-lista l-ħadra tar-Renju Unit

Malta għamlitha fuq il-lista l-ħadra tar-Renju Unit… jiġifieri wieħed m’għandux għalfejn isegwi perjodu ta’ kwarantina mal-wasla tiegħu.

Skont ir-Renju Unit, il-lista ta’ pajjiżi fuq il-lista l-ħadra tindika dawk bl-inqas riskju.

Minkejja dan, min jivvjaġġa minn Malta lejn ir-Renju Unit xorta waħda jrid jimla’ formola, li tissejjaħ ‘passenger locator form’, jipprovdi test negattiv qabel jivvjaġġa kif ukoll jagħmel test fit-tieni jum mill-wasla tiegħu.

Dawn il-bidliet se jidħlu fis-seħħ minn nhar il-Erbgħa, 30 ta’ Ġunju.

Iżda min se jivjaġġa mir-Renju Unit lejn Malta, jiġifieri dawk li se jidħlu f’pajjiżna, xorta waħda se jkunu meħtieġa jagħmlu swab test u jsegwu perjodu ta’ kwarantina skont ir-regolamentazzjonijiet tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika ta’ pajjiżna. Huma biss dawk li ħadu l-vaċċin li m’għandhomx għalfejn jgħaddu minn din il-proċedura. Dan fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-varjant Indjan li hemm fir-Renju Unit.

Il-pajjiżi kollha barra Malta tpoġġew fuq lista ġdida msemmija ‘Green Watch List’. Dawk li tpoġġew fuq din il-lista se jgawdu l-istess benefiċċji bħal dawk li jinsabu fuq il-lista l-ħadra iżda b’differenza li l-pajjiż jista’ jitneħħa minnha immedjatament u jitpoġġa fuq il-lista oranġjo.

Il-lista ta’ pajjiżi li żdiedu fuq il-lista huma l-istess bħal dawk tal-Irlanda ta’ Fuq u l-Iskozja.

Jekk se tivjaġġa lejn ir-Renju Unit, idħol f’din il-link għal iktar dettalji:

https://www.gov.uk/guidance/red-amber-and-green-list-rules-for-entering-england?fbclid=IwAR0NLijWyDxukKicKH3qzF5QQR_sLhMo1-ElcIY-v2qdW76upBV09PUV8BA#green-list