Coronavirus Internazzjonali Lokali

Malta tagħmilha wkoll fuq il-lista l-ħadra tal-Iskozja

L-istess eżatt bħall-Irlanda ta’ Fuq, l-Iskozja żiedet 16-il pajjiż fuq il-lista l-ħadra, fosthom lil Malta. Dan ifisser li wieħed m’għandux għalfejn isegwi perjodu ta’ kwarantina mal-wasla tiegħu fil-pajjiż.

Dawn il-bidliet se jidħlu fis-seħħ minn nhar l-Erbgħa, 30 ta’ Ġunju fl-4 ta’ filgħodu.

Dawn huma l-pajjiżi kollha li għamluha fuq il-lista l-ħadra:

  • Anguilla
  • Antigua & Barbuda
  • Balearic Islands
  • Barbados
  • Bermuda
  • British Antartic Territory
  • British Indian Ocean Territory
  • British Virgin Islands
  • Cayman Islands
  • Dominica
  • Grenada
  • Madeira
  • Malta
  • Montserrat
  • Pitcairn Islands
  • Turks & Caicos

B’hekk, it-total ta’ pajjiżi li huma fuq il-lista l-ħadra tal-Iskozja huma 27 pajjiż.

Madanakollu, għadna qed nistennew il-lista finali tar-Renju Unit.