Illum, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech attenda għas-summit tal-Partit Popolari Ewropew (EPP) b’mod virtwali. F’kummenti lil Net News wara dan is-summit, Bernard Grech spjega kif għażel li jibqa’ Malta minflokk imur Brussell, biex jkun jista’ jibda jiltaqa’ mill-ewwel mal-imsieħba soċjali u ma’ kull min irid li flimkien mal-Partit Nazzjonalista jaħdem biex noħorġu lil pajjiżna mil-lista l-griża tal-FATF. Fl-indirizz tiegħu lill-EPP, Bernard Grech ħa l-opportunità biex flimkien mal-mexxejja tal-pajjiżi ewropej jitkellem dwar dak li ġara u ddiskuta fit-tul, dwar kif nistgħu naħdmu flimkien biex noħorġu lil pajjiżna minn din il-lista.
Il-Kap tal-PN tkellem ukoll dwar il-pandemija tal-COVID-19 u kif din qed taffetwa lil pajjiżna u lill-Ewropa b’mod ġenerali. Hawnhekk saret diskusjoni dwar il-futur tal-Ewropa fid-dawl tal-avvanzi li saru fil-ġlieda kontra l-Coronavirus biex fost l-oħrajn jerġa’ jkollna iktar vjaġġar komdu bejn il-pajjiżi. Hawnhekk, Bernard Grech emfasizza fuq l-importanza taċ-ċertifikat tal-vaċċin.
Bernard Grech tkellem ukoll dwar l-imigrazzjoni għaliex din qed taffetwa lil diversi pajjiżi b’mod partikolari lil Malta. Il-Kap tal-PN appella biex il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jaħdmu flimkien biex ma jirbħux it-traffikanti fuq l-immigranti u fuq il-pajjiżi u ċ-ċittadini ewropej.
Takkumpanja lill-Kap tal-PN waqt dan is-summit kien hemm is-Segretarju Internazzjonali tal-PN, Roselyn Borg Knight.
//= $special ?>