Internazzjonali

Stati Uniti: Allarm wara l-kroll ta’ bini fi Florida

Rubble hangs from a partially collapsed building in Surfside north of Miami Beach, on June 24, 2021. - The multi-story apartment block in Florida partially collapsed early June 24, sparking a major emergency response. Surfside Mayor Charles Burkett told NBCs Today show: My police chief has told me that we transported two people to the hospital this morning at least and one has died. We treated ten people on the site. (Photo by CHANDAN KHANNA / AFP) (Photo by CHANDAN KHANNA/AFP via Getty Images)

L-iskwadri għall-emerġenzi fl-Istat ta’ Florida wieġbu b’urġenza għal sitwazzjoni allarmanti wara li ċediet parti ta’ bini residenzjali  — twila madwar 12-il sular — fl-inħawi ta’ Miami Dade County.

Talanqas persuna waħda tilfet ħajjitha fil-kroll u l-iskwadri nkwistjoni damu s-sigħat ifittxu qalb ir-radam fost it-tentattivi ddisprati biex jinstabu n-nies ħajjin.

Intant, fl-aħħar sigħat ukoll, il-membri tal-iskwadri rnexxielhom isalvaw tifel minn taħt it-terrapien u meta kollox qed jindika lifadal in-nies qalb it-tifrik. L-aħħar rapporti rreferew ukoll għal numru ta’ midruba fil-kroll, tal-bini bil-pulizija ta’ Miami-Dade ukoll jispiċċaw jassistu fil-ħidma tas-salvataġġ.