Futbol Sport

UFFIĊJALI: Il-UEFA tneħħi r-regola tal-gowls away

(Ritratt: EPA)

Il-UEFA ddeċidiet li milll-istaġun li ġej ir-regola tal-gowls away fil-kompetizzjonijiet Ewropej mhux se tibqa’ aktar fis-seħħ. Din ir-regola kienet ilha fis-seħħ sa mill-1965.

Jidher li minkejja li d-deċiżjoni ma kinitx waħda unanima, kien hemm qbil li r-regola tinbidel hekk kif kienet qed tkun kritikata li ma hijiex waħda ġusta. Il-Presdient tal-UEFA Aleksander Ceferin qal li l-għan li tneħħiet din ir-regola huwa biex it-timijiet li jkunu home fl-ewwel leg jattakkaw aktar hekk kif ħafna timijiet kienu jibżgħu li jsofru gowl.