Internazzjonali Lokali

Xi jfisser meta pajjiż ikun fil-greylist?

Il-greylist hija lista ta’ pajjiżi b’nuqqasijiet strateġiċi fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, fost l-oħrajn. Pajjiżna huwa l-ewwel stat membru tal-Unjoni Ewropea li qatt tpoġġa f’din il-lista li ilha teżisti kwazi 40 sena.

Meta l-FATF tpoġġi pajjiż fil-greylist, u allura tpoġġih taħt aktar sorveljanza, ikun ifisser li l-pajjiż irid jimpenja ruħu li jsolvi malajr in-nuqqasijiet strateġiċi identifikati f’perjodu ta’ żmien miftihem u huwa soġġett għal monitoraġġ miżjud.

Malta, issa tpoġġiet f’din il-lista flimkien mal-Albania, l-Barbados, l-Botswana, Burkina Faso, Cambodia, Cayman Islands, Ghana, Jamaica, Mauritius, il-Marokk, Myanmar, Nicaragua, Pakistan, Panama, Senegal, Syria, l-Uganda, il-Yemen u ż-Zimbabwe. L-FATF tidentifika pajjiżi addizzjonali, fuq bażi kontinwa u issa, anke Malta ġiet identifikata li kellha nuqqasijiet serji.

Il-Partit Nazzjonalista, kif għamel meta kien fil-Gvern, fl-aħħar xhur ħadem ħafna biex pajjiżna ma jkunx greylisted. Filfatt, il-Kap tal-PN, Bernard Grech saħansittra bagħat ittra biex juri impenn sħiħ lejn il-ħidma li hemm bżonn issir biex pajjiżna ma jkunx greylisted.