Lokali Parlament

X’mhux iwieġeb Apap Bologna dwar l-iskandlu tal-power station

L-ex direttur tal-kumpanija Electrogas Paul Apap Bologna qed jirrifjuta li jwieġeb mistoqsijiet diretti dwar il-kuntratt tal-power station tal-Electrogas; mistqosijiet li qed iisru mid-deputati Nazzjonalisti Beppe Fenech Adami, Karol Aquilina u Ryan Callus.

Apap Bologna qed isotni li mhux se jwieġeb għaliex qed ikun trattat ħażin fil-mod kif qed isirulu l-mistoqsijiet u għax qed iħossu trattat bħala suspettat.

Apap Bologna mhux iwieġeb għal dawn id-domandi:

  • Jekk il-kuntatt mas-SOCAR sarx qabel l-elezzjoni tal-2013
  • Jekk kienx hu li għamel l-ewwel kuntatti mas-SOCAR
  • Jekk kellux laqgħat ma’ nies fil-Gvern tal-Ażrbajġan
  • Jekk kellux kuntatt dirett tal-President tal-Ażerbajġan Aliyev
Joseph Muscat mad-dittatur Aliyev tal-Ażerbajġan
  • Jekk kellux kuntatt ma’ familjari ta’ Aliyev
  • Jekk kienx kruċjali biex membri tal-familja ta’ Aliyev iżuru Malta
Michelle Muscat mat-tifla ta’ Aliyev f’Malta
  • Għaliex is-SOCAR spiċċat mill-Electrogas
Paul Apap Bologna assistit mill-Avukat Gianella de Marco
  • Jekk kienx jaf li SOCAR hi kumpanija tal-Istat tal-Ażerbajġan bl-involviment tal-President Aliev
  • Jekk hemmx raġuni għaliex minn tant kumpaniji fid-dinja ngħażlet kumpanija mill-Ażerbajġan
  • Jekk jaqbilx li SOCAR kienet inkarigata biex l-Electrogas tqabbad wieħed mill-azzjonisti jixtru l-gass mingħand is-SOCAR biex dan jerġa’ jinbiegħ lill-Electrogas
  • Jekk is-SOCAR qalax il-flus minn fuq l-Electrogas
  • Kif il-poplu qed iħallas miljuni żejda fis-sena f’dan l-iskandlu
  • Jekk jikkonfermax li fl-2017 l-Electrogas ħallset lil SOCAR €153 miljun u din għamlet qligħ ta’ €40 miljun minn fuq il-poplu Malti
  • Jekk ittieħdux passi kontra l-ġurnal The Guardian dwar rapporti ta’ dan is-serq ta’ dawn l-€40 miljun
  • Kif l-Enemalta ħallset €153 miljun mit-taxxi tal-poplu.
  • Jekk jafx li s-SOCAR m’għandha ebda esperjenza f’dan is-settur
  • Jekk jafx li l-prezzijiet li spiċċa ħallas il-poplu m’humiex dawk tas-suq
  • Għaliex il-poplu Malti ħallas €40 miljun iżjed
  • Min hu l-aħjar persuna biex iwieġeb għal dawn il-mistoqsijiet, jekk mhux hu
  • X’laqgħat kellu ma’ SOCAR
  • Jekk bagħatx affarijiet lis-SOCAR
  • Jekk is-SOCAR bagħtulux flus
  • X’għamel b’dawn il-flus
  • F’liema kontijiet poġġiehom
  • X’inhi r-relazzjoni mal-ex Prim Ministru Joseph Muscat
  • Jekk hux dilettant ta’ xi sport
  • Jekk id-dar għandux mejda tat-table-tennis
  • Jekk Joseph Muscat u Edward Zammit Lewis kinux mistiedna jilgħabu t-table-tennis d-dar tiegħu
This image has an empty alt attribute; its file name is pingpong.jpg
  • Jekk kellux influwenza fuq Muscat u Zammit Lewis.
  • Ma’ min għandu ħbiberija ma’ ministri u uffiċjali tal-PL
  • X’inhuma l-kuntatti tiegħu fl-Ażerbajġan fin-negozju
  • Meta żar l-aħħar l-Ażerbajġan u għaliex mar
  • Jekk kienx membru tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar
  • Min kien il-persuna li kellmu biex ikun fuq dan il-Bord
  • Jekk kienx il-ministru responsabbli, kienx Vince Cassar li kellmu jew kienx Johann Buttigieg
  • Jekk Konrad Mizzi kellmux fuq il-possibbiltà li jkun fuq il-Bord
  • Jekk Keith Schembri kienx involut f’din l-għażla
  • Jekk iddiskutiex dan ma’ Joseph Muscat
  • X’esperjenza għandu fl-ippjanar
  • Kif ingħażlet kumpanija mill-Ażerbajġan li għandu rekord ta’ korruzzjoni
  • Xi rwol kellu ma’ Turab Musayev fl-Ażerbajġan u jekk dan hux ħabib tiegħu
Turab Musayev
  • Jekk il-kumpanija Cifidex hix il-kumpanija ta’ Turab
  • Jekk din isseliftx €3 miljuni mingħand 17 Black
  • Kif din marret tinvesti propju fil-Montenegro
  • Jekk is-Cifidex xtratx proġett ta’ €3 mijuni u biegħtu lill-Enemalta għall-prezz ta’ €7 miljuni
  • Jekk hu rċeviex xi ħaġa minnhom
  • Jekk jafx li ammonti minnhom għaddew għand Yorgen Fenech.
  • Jafx li Nexia BT kellha rwol importanti fil-proċess tal-Electrogas
  • Kif il-kompetitur tal-Electrogas ma ngħata ebda punt fil-proċess tal-evalwazzjoni
  • Għaliex mar għal-laqgħa f’Kastilja dwar għajnuna mill-Istat.