Ta’ kull sena, madwar id-dinja dan il-jum jiġi osservat u dejjem ikollu tema marbuta miegħu. It-tema ta’ din is-sena hi: Aqsam il-fatti dwar id-droga biex issalva l-ħajjiet.
Għal dawn l-aħħar 24 sena kemm ilu jiġi ċċelebrat dan il-jum, Caritas Malta ħarġet bil-messaġġi tagħha f’dan il-Jum tant importanti fil-kalendarju. Fil-ħidma tagħha matul is-snin Caritas ħadmet bis-sħiħ biex il-messaġġi mogħtija minnha jikkumbatu l-misinformazzjoni u tinkoraġġixxi l-għarfien biex wieħed jagħraf jgħix il-ħajja tiegħu mingħajr ma jiġi bżonn l-użu ta’ sustanzi. Ma titkellimx biss dwar in-natural highs imma ċwkoll tipprattikahom fid-djar tagħha ta’ riabilitazzjoni kontra l-abbuż tad-droga.
Nhar l-Erbgħa 30 ta’ Ġunju, Caritas Malta se tkun qed tiċċelebra l-ħajja ta’ 10 persuni li se jiggradwaw wara li temmew programm ta’ riabilitazzjoni b’suċċess. Fil-ħidma tagħha ma’ dawn il-persuni u oħrajn li jiġu għall-għajnuna Caritas tkompli bil-ħidma u tniedi diversi proġetti fosthom;
- Twaqqif ta’ Ċentru Terapewtiku tal-Ibwar, servizz uniku f’pajjiżna, li se jkun qed jilqa’ minuri li għaddejja bi problemi relattati mad-droga.
- Proġett ġdid ta’ housing speċjalizzat fejn se jiġu mgħejjuna nisa li jtemmu programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga. Nisa, ommijiet u tfajliet żgħażagħ ħafna drabi jsibuha diffiċli biex jerġgħu jintegraw lura fis-soċjetà għax ikunu bla saqaf fuq rashom u bla familja.
- Bosk Tama, masġar ġewwa San Blas bl-għajnuna tal-Infrastructure Malta, fejn permezz tat-tħawwil ta’ ’l fuq minn 350 tipi ta’ siġar u arbuxell, persuna li qed tagħmel programm ta’ riabilitazzjoni kontra l-abbuż tad-droga, iħoss il-paċi, is-serenità u jgħix is-sempliċità li tapprezza l-ambjent tal-madwar.
- L-isports fattur ieħor importanti ferm fil-fatt f’dawn l-aħħar xhur Caritas ħabbret it-team tal-footbal tagħha magħmul minn madwar 20 persuna li temmew vjaġġ ta’ riabilitazzjoni. Dan it-team bħalissa qed jipparteċipa fil-Malta Beach Soccer Association b’kollaborazzjoni tal-MFA.