Mietu talanqas 18 – fil-parti kbira tfal – b’20 oħra jisfaw midruba wara li nirien ħakmu skola fejn kien qed isir it-tagħlim tal-arti marzjali, fil-provinċja ta’ Henan.
Il-vittmi, fil-parti kbira, kienu studenti ta’ bejn seba’ u 16-il sena u li kienu jgħixu u jistudjaw fiċ-Ċentru (għall-arti marzjali) ta’ Zhenxing.
Intant, l-awtoritajiet ta’ Henan, sal-bieraħ, kienu qed imexxu investigazzjoni dwar il-kaġun tat-traġedja.
In-nirien fatali huma pjuttost komuni fiċ-Ċina fejn mhumiex qed ikunu eżerċitati r-regoli stretti għall-ħarsien tas-sigurtà.
Intant, l-aħħar rapporti qalu li l-persuna responsabbli miċ-ċentru għall-arti marzjali qed tinżamm taħt arrest biex tgħin l-istħarriġ tal-pulizija.
Dan meta, fl-aħħar sigħat, l-istudenti li ndarbu fin-nirien ittieħdu lejn l-isptar b’urġenza, bil-ġenituri tagħhom, huma u jkellmu lill-istampa, isostnu li ‘ma kienu qed jingħataw l-ebda informazzjoni mingħand l-awtoritajiet ikkonċernati’.
//= $special ?>