Lokali

Ħaddiem ferut wara inċident f’Ta’ Sannat

Tim ta’ emerġenza mill-Isptar t’Għawdex issejħu f’Ta’ Sannat wara li kmieni dalgħodu seħħ inċident f’sit ta’ kostruzzjoni.

Net News jinsab infurmat li l-każ seħħ ftit wara t-8am. Jirriżulta li l-ħaddiem kien qed jagħmel xi xogħol taħt ħnejja, meta f’xi ħin waqa’ ġebel fuqhom.

Ir-raġel ittieħed l-isptar, għalkemm il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.