Il-Ministri tal-Gvern huma skomdi jiffaċċjaw li jgorru r-responsabbilta għall-fatt li pajjiżna spiċċa greylisted mill-Financial Action Task Force …u l-konsegwenzi li din se jkollha fuq l-ekonomija taghna.
Net News ħa l-kumment tal-Ministru Julia Farrugia Portelli li kienet ukoll fil-kabinett tal-Prim Ministru Joseph Muscat u għal xi żmien kienet ukoll responsabbli mill-iskema tal-bejgħ tal-passaporti; waħda mill-azzjonijiet ta’ Gvern Laburista li qanqlet ħafna kritika fuq livell internazzjonali.
Mistoqsija kif min wassal għall-ħsara jista’ qatt isewwiha, Julia Farrugia Portelli wieġbet biss li l-Gvern għadda mit-test tal-Moneyval, u allura qed jaħdem.
L-FATF, l-Organizzazzjoni Dinjija għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, ivvotat biex pajjiżna jispiċċa fil-lista griża – l-ewwel pajjiz tal-UE li qatt spicca fil-greylist. L-effetti ta’ din id-deċiżjoni u l-vot ta’ sfiduċja għal dak li għamel il-Gvern f’dawn l-aħħar snin għandhom firxa wiesa’ fuq l-ekonomija tagħna, hekk kif se jkun aktar diffiċli biex ikun attirat investiment barrani …u biex isir kummerċ ma’ negozji u entitajiet Maltin.
//= $special ?>