Lokali

Il-MPE Nazzjonalisti jivvutaw kontra riżoluzzjoni dwar l-abort; Cyrus Engerer jivvota favur

L-MEP Laburista Cyrus Engerer ivvota favur riżoluzzjoni dwar l-abort wara li l-Ħamis fil-Parlament Ewropew l-MEPS, fosthom dawk Maltin kellhom jivvutaw fuq ir-rapport Matic. Ir-rapport kien jirrigwarda s-saħħa sesswali u riproduttiva fl-Unjoni Ewropea. Dan ir-rapport jinsisti li l-abort huwa dritt tal-bniedem.

Ir-rapport tressaq mill-MEP Predrag Fred Matić fost pożizzjonijet kunflinġenti li għadha teżisiti bejn il-membri stati dwar dawn id-drittijiet.

L-Ewroparlamentari Nazzjonalisti David Casa u Roberta Metsola u l-MEP Laburista Alex Agius Saliba ivvutaw kontra din ir-riżoluzzjoni, filwaqt li l-MEPs Laburisti Alfred Sant u Josianne Cutajar astjenew. Dan ifisser li l-MPE Laburisti ħadu tliet pożizzjonijiet differenti, b’vot favur, wieħed kontra u żewġ astensjonijiet.