Basketball Sport

Kurt Cassar jgħin lit-tim tiegħu jikseb il-promozzjoni għas-Serie A2

Il-player Malti tal-basketball Kurt Cassar għen lit-tim tiegħu Janus Fabriano jikseb il-promozzjoni għas-Serie A2 wara li rebħu l-partita deċiżiva kontra Cividale 69-53, biex b’hekk saru wkoll champions tas-Serie B.

Janus Fabriano kienu l-aħjar tim hekk kif rebħu l-ewwel żewġ partiti minn ħames bil-partita tal-Erbgħa tkun dik deċiżiva. Cassar kien ukoll strumentali f’din ir-rebħa hekk kif irnexxielu jiskorja 10 punti kif ukoll sitt rebounts. Dan huwa l-ewwel unur maġġuri għal Kurt Cassar fil-karriera professjonali tiegħu.

Kurt Cassar se jkun ukoll parti mit-tim nazzjonali Malti li se jieħu sehem fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa li se jsiru f’Awwissu.