Lokali

L-Eks Ministru Manuel Mallia se jinħatar Kummissarju Għoli għal Malta fir-Renju Unit

  • Mistennija co-option oħra fil-Parlament

L-eks Ministru Manuel Mallia mistenni jinħatar Kummissarju Għoli għal Malta fir-Renju Unit. Dan se jfisser li se jkun hemm co-option oħra fil-Parlament mill-Partit Laburista hekk kif Mallia se jkollu jirriżenja minn Deputat qabel jieħu l-kariga. Hu se jkun qed jieħu post lil Joseph Cole fil-ġimgħat li ġejjin.

Fl-aħħar elezzjoni ġenerali, Manuel Mallia kien elett f’elezzjoni każwali fid-9 Distrett li jfisser li l-persuna li se teħodlu post tista’ tingħażel b’co-option. Din se tkun ir-raba’ co-option fil-Grupp Parlamentari tal-Gvern wara li l-Co-option tal-Ministri Miriam Dalli u Clyde Caruana u d-Deputat Oliver Scicluna.