Uffiċjali tal-Emerġenza bħalissa jinsabu għaddejjin b’ħidma intensiva biex isibu mal-mitt persuna nieqsa wara li kkrollat parti minn binja f’Surfside, Florida.
Sa issa hu magħruf li persuna waħda tilfet ħajjitha u ħdax sfaw midruba filwaqt li aktar minn mitt persuna oħra ġew salvati minn din it-traġedja.
Madankollu madwar mitt persuna oħra li hu maħsub li kienu fil-binja meta kkrollat għad mhemmx aħbar dwarhom.
L-operazzjoni tat-tfittxija u salvataġġ li tinsab għaddejja hija waħda delikata u perikoluża ferm hekk kif nofs il-binja li baqgħet wieqfa mhijiex meqjusa bħala sigura u jidher li m’għandhiex sapport sod filwaqt li ħafna debri jidher imdendel b’mod prekarju minn mal-biċċa tal-binja li baqgħet ma wagħetx.
Filwaqt li l-awtoritajiet ta’ Surfside qed jibgħqu jittamaw, il-biża hi li minbarra dawk li diġa ġew salvati, mhux se jinħarġu aktar persuni ħajjin minn qalb it-tifrik.
Is-sindku ta’ Surfside Charles Kesl esprima rabja kbira wara li seħħ il-kollass u spjega li din il-binja kienet ġiet assessjata f’testijiet ta’ rutina li jridu jsiru fuq il-binjiet kull erbgħin sena u ma kienx hemm indikazzjonijiet ta’ problemi. Dan filwaqt li appella għal investigazzjoni immedjata f’dan l-inċident.
//= $special ?>