Coronavirus Lokali Turiżmu

Persuni li jaslu mir-Renju Unit iridu jippreżentaw ċertifikat tal-vaċċin

Minn nhar l-Erbgħa l-1 ta’ Lulju, Malta se tkun fuq il-lista l-ħadra tal-ivvjaġġar tar-Renju Unit. Din id-deċiżjoni se twassal biex turisti Brittaniċi li jiġu Malta ma jkollhomx bżonn jagħmlu perjodu ta’ kwarantina meta mbagħad imorru lura f’pajjiżhom.

Mit-30 ta’ Ġunju, persuni li jtiru lejn Malta mir-Renju Unit iridu jippreżentaw ċertifikat tal-vaċċin. Dan ifisser li huma biss il-persuni li għandhom ċertifikat tat-tilqim rikonoxxut mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika li jkunu jistghu jidħlu Malta mir-Renju Unit mingħajr ma jeħtieġu joqgħodu kwarantina.